Students’ Council

ST BENEDICT COLLEGE GĦAXAQ PRIMARY

2012 – 2013

President Abela Ryan (6 Popeye)
Vice President Bezzina Nicole (6 Glee)
Secretary Calleja Michela (6 Glee)
Asst. Secretary Busuttil Gianluca (5 Bugs)
Treasurer Mizzi Kurt (5 Ant)
Asst. Treasurer Bartolo Francesca (4 Zazu)
PRO Caruana Braydon (5 Ant)
Asst. PRO Borg Larson (6 Popeye)
Members Brincat Daniel (4 Zazu)
Scicluna Estelle (4 Mickey)
Falzon Alessia (4 Mickey)
Micallef Nikolai (5 Bugs)
Co-ordinator Mr S Sammut (Asst. Head)

  • 26 ta’ Diċembru 2012

l-istrina2
Fis-26 ta’ Diċembru l-Kunsill tal-istudenti attenda l-Istrina fejn ġiet ippreżentata d-donazzjoni ta’ €200. Il-kumplament tal-flus miġbura ngħataw ukoll bħala donazzjoni lill-Istrina waqt il-Quddiesa Milied Flimkien li ttellgħet il-Belt Valletta nhar it-Tlieta 18 ta’ Diċembru 2012.


  • 26 ta’ Novembru 2012

Attenda kull membru fil-kunsill. Doqna miż-żewġ kampjuni biex nagħżlu il-qagħaq tal-għasel u l-‘mincepies’ għal Diċembru. Kellna żewġ offerti li huma:
Ta’ Cutajar:- ‘mincepies’ –
small 20c
mingħajr fidda 18c
kbar 30c
mingħajr fidda 27c
il-qagħaq tal-għasel 20c

Ta’ Għawdex kemm il-‘micepies’ u kemm il-qagħaq tal-għasel kienu 30c. Wara li doqnihom ivvutajna u ddeċidejna li l-qagħaq nordnawhom m’għand Ta’ Ghawdex u l-‘mincepies’ se nordnawhom m’għand Ta’ Cutajar.

Għamilna flyer li ħa titqassam il-ġimgħa d-dieħla.

minuti meħuda minn Michela Calleja (segretarja tal-Kunsill tal-istudenti)


  • 14 ta’ Novembru 2012

Saret ir-raba’ laqgħa. Attenda kullħadd. Ngħatajna l-aħbar sabiħa li gbarna 238 ewro għall-Istrina u 48.20 ewro ghall-kunsill mill-Parents’ Afternoon. Tkellimna dwar x’nistgħu nagħmlu għall-Milied u kien hemm qbil li nbiegħu Qagħaq tal-Għasel (honey rings) u Mince Pies. Gianluca ssuggerixxa li naghmlu xi ħarga bejnietna l-membri tal-Kunsill.

minuti meħuda minn Michela Calleja (segretarja tal-Kunsill tal-istudenti)


  • 5 ta’ Novembru 2012

Il-membri tal-kunsill kollha kienu prezenti. Illum iddiskutejna x’nistghu naghmlu ghall-Istrina. Hareg suggeriment biex naghmlu l-Muffin Day u l-qliegh minnha jmur ghall-Istrina. Iddiskutejna wkoll il-Parents’ Afternoon u ddecidejna li nbieghu xi muffins u xi kotba.

minuti meħuda minn Michela Calleja (segretarja tal-Kunsill tal-istudenti)


  • 19 ta’ Ottubru 2012

Saru l-elezzjonijiet u gew eletti Francesca Bartolo, Daniel Brincat, Alessia Falzon u Estelle Scicluna bhala membri godda mir-raba’ sena. Saret elezzjoni ohra fost dawk prezenti biex jinhatar il-kunsill skolastiku l-gdid u jitqassmu r-rwoli godda.

minuti meħuda minn Michela Calleja (segretarja tal-Kunsill tal-istudenti)


  • 12 t’Ottubru 2012

F’din il-laqgħa kemmxejn informali ngħata tagħrif dwar il-ħidma għal din is-sena u kif ser nipproċedu. Jidher ukoll li hemm ħeġġa għall-bejgħ ta’ kotba waqt il-parents’ afternoon ta’ din is-sena u l-Muffin Day b’risq l-Istrina. Sussegwentement għandha ssir laqgħa uffiċjali matul din il-ġimgha fejn jerġgħu jinħatru l-karigi ġodda u r-rwoli ġodda li bihom se jkun qed jiffunzjona l-Kunsill. Waħda mis-suġġerimenti li saret hija li tal-inqas darba fix-xahar it-tfal jitħallew jattendu b’ilbies casual u li tingħata donazzjoni nominali li tibda tingħata lil xi għaqda jew familja fil-bżonn fil-komunità ta’ Ħal Għaxaq. Hemm xi tfal li ressqu t-talba permezz ta’ rappreżentanti fuq il-kunsill sabiex jibdew il-clubs ta’ matul il-brejk tan-nofs siegħa. Il-Ġimgha milli jidher se tkun hekk għall-mid-day break clubs: It-Tnejn Eko Skola/Kunsill mtg, It-Tlieta – Table Tennis Club, l-Erbgħa u l-Ħamis – Football League, il-Ġimgha – Board Games Club. Saret proposta oħra għal Gymnastics Club u oħra għal Drama Games Club.


  • 5 ta’ Ottubru 2012

Saret sejha ghal dawk l-istudenti li kienu fil-kunsill tas-sena l-ohra. Attendew kollha hlief t-tfal li kienu fis-sitt sena, peress li dawn issa marru s-Sekondarja. Rajna li l-membri kollha xtaqu jibqghu fil-kunsill u kellna bzonn membri godda bhala rapprezentanti mir-raba’ sena. Iddecidejna li ssir elezzjoni fost dawk li huma interessati.

minuti meħuda minn Michela Calleja (segretarja tal-Kunsill tal-istudenti)


2011 – 2012

President Debono Mariah
Vice President Carabott Zachary
Secretary Mizzi Naomi
Asst. Secretary Abela Ryan
Treasurer Busuttil Gianluca
Asst. Treasurer Mizzi Kurt
PRO Micallef Nikolai
Asst. PRO Borg Larson
Members Bezzina Nicole
Calleja Michela
Co-ordinator Mr S Sammut (Asst. Head)

Comments are closed.

December 2016
M T W T F S S
« Nov    
 1234
567891011
12131415161718
19202122232425
262728293031  

Archives

Sections

Hits Counter

  • 71,465 hits
%d bloggers like this: