you're reading...
Events, Parents

Qagħaq tal-Għasel għal Puttinu

qaghaq tal-ghasel

Nota għall-ġenituri/kustodji:

Jum il-Qagħaq tal-Għasel

Il-kunsill tal-istudenti se jkun qed jorganizza Jum il-Qagħaq tal-Għasel u Muffins. Din se tkun nhar l-Erbgħa 4 ta’ Diċembru u parti mill-qliegħ tagħha se tingħata bħala donazzjoni lil Puttinu Cares u lil Community Chest Fund. Għalhekk napprezzaw jekk, bħal dejjem, tkunu ġenerużi u dduri dawra mal-membri tal-familja, ħbieb u qraba biex taraw kemm tixtiequ tordnaw. Dakinhar ħudu ħsieb li tibagħtu borża tal-karti u baskett preferibbilment taċ-ċarruta sabiex it-tfal iwassluhom qawwijin u sħaħ. Il-muffins jiswew 40ċ-il waħda filwaqt li l-qagħaq tal-għasel jiswew 50ċ-il waħda.  Żmien biex tordnaw sal-Erbgħa 27 ta’ Novembru 2013. Jiddispjaċina li wara din id-data ma nistgħux naċċettaw aktar ordnijiet.

Jiġu aċċettati biss ordnijiet li jsiru permezz tal-formola li se titqassam lit-tfal kollha tal-iskola. Kopja tal-formola għall-ordnijiet tinkiseb mingħand is-Sur Sammut, koordinatur tal-Kunsill tal-istudenti.

Nieħdu l-opportunita’ biex nixtiqulkom minn issa l-isbaħ xewqat.  Grazzi.

Tislijiet,

L-Amministrazzjoni tal-Iskola

 

 

Discussion

Comments are closed.

November 2013
M T W T F S S
« Sep   Dec »
 123
45678910
11121314151617
18192021222324
252627282930  

Archives

Sections

Hits Counter

  • 71,465 hits
%d bloggers like this: