you're reading...
Events, Pupils

World Animals Day / Jum L-Annimali 2012

Għada t-Tlieta 9 ta’ Ottubru t-tfal tal-Year 1 sal-Year 6 jistgħu jġibu magħhom pet ġo gaġġa magħluqa.  Araw li l-gaġġa tkun tissakkar sew. Fl-10:30am tiġu tiġbruhomlhom intom jew xi ħadd ieħor tal-familja. Dawk li ma jistgħux jiġbru l-pet mill-iskola fl-10:30am jew m’għandhomx gaġġa, jistgħu jibagħtu ritratt jew soft toy biss. L-iskola ma tiħux responsabbiltà ta’ annimali li se tibagħtu l-iskola.  Qed niġbru ukoll ikel tal-bottijiet għall-qtates jew klieb għas-santwarju tal-annimali ta’ Dellimara.

Għada t-Tlieta 9 ta’ Ottubru t-tfal tal-Kinder jistgħu jġibu magħhom ritratt tal-pet tagħhom jew soft toy. Peress li t-tfal tal-kinder għadhom żgħar wisq mhux permess li jġibu pets magħhom l-iskola. Qed niġbru ukoll ikel tal-bottijiet għall-qtates jew klieb għas-santwarju tal-annimali ta’ Dellimara.

Il-Kappillan ta’ Ħal Għaxaq se jbierek il-pets kollha wara l-quddiesa tax-xahar li tittella’ fl-iskola.

Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom.

Tislijiet,

Mr D Grech
Kap tal-iskola

Discussion

Comments are closed.

October 2012
M T W T F S S
« Sep   Nov »
1234567
891011121314
15161718192021
22232425262728
293031  

Archives

Sections

Hits Counter

  • 71,465 hits
%d bloggers like this: