you're reading...
Pupils

After School Sport Programme 2012 – 2013

L-iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq qiegħda għal sena oħra tilqa’ applikazzjonijiet mingħand il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom jattendu għall-After School Sport Programme 2012 – 2013 organizzat mill-Kunsill Malti għall-Isport, Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport flimkien mal-Kunsill Lokali Ħal Għaxaq u d-Dipartiment għall-Gvern Lokali).

Żmien:  Ottubru 2012 sa Mejju 2013 (Matul il-vaganzi tal-Milied u l-Festi tal-Għid, il-programm ikun wieqaf).

Ġranet:  Nhar ta’ Tnejn u Erbgħa (mill-15 t’Ottubru ‘l quddiem)

Ħin: 14:30 sal-16:00 (Ħruġ mill-gates ta’ wara, ħdejn il-Librerija)

Sport: Programm ta’ Sport Varjat

Ħlas: B’xejn (sponsorjat mill-KMS, Dipartiment għall-Gvern Lokali u l-Kunsill Lokali Ħal Għaxaq).

Il-KMS tirriżerva d-dritt li tħassar xi sport offrut f’dan il-programm. Tirriżerva wkoll id-dirtt li tagħmel xi bidliet skont kif meqjus neċessarju.  Studenti jistgħu jintalbu jieqfu mill-programm jekk ma jsegwux l-istruzzjonijiet mogħtija dwar imġieba.

Kull min jixtieq japplika għandu jimla l-applikazzjoni li ntbagħtet id-dar mat-tfal, jew jiġbor applikazzjoni mill-uffiċċju tal-iskola.

L-applikazzjonijiet iridu jingħataw lura lill-Amministrazzjoni tal-Iskola sa mhux aktar tard mill-10 t’Ottubru 2012.

Discussion

Comments are closed.

September 2012
M T W T F S S
« Jun   Oct »
 12
3456789
10111213141516
17181920212223
24252627282930

Archives

Sections

Hits Counter

  • 71,465 hits
%d bloggers like this: