you're reading...
Events

Esperjenza fil-parlament ma’ tal-Eko-Skola

(kitba ta’ Nikolai Agius, Year 5 Alvin & The Chipmunks, Segretarju Eko-Skola)

Għal ħabta ta’ Mejju bħala grupp ta’ l-Eko-skola ta’ ĦalGħaxaq, is-surmast, Mr.D.Grech u l-Assistenta tiegħu Ms.Vassallo infurmawna li fi 12 ta’ Ġunju konna ser immorru l-parlament biex nipparteċipaw fil-programm ta’ l-Eko-skola flimkien mal-Membri Parlamentari.  Illum it-12 ta’ Ġunju 2012, Dylan Ciappara il-President ta’ l-Eko-skola u jien Nikolai Agius is-Segretarju ta’ l-Eko-skola flimkien mas-surmast u l-assistenta tiegħu morna l-Belt biex nieħdu sehem f’dan il-programm.

Kellna nkunu hemm għal għaxra ta’ filgħodu.  X’ħin dħalna urewna fejn ser inpoġġu.  L-għalliema poġġew fil-gallarija tal-parlament filwaqt li aħna t-tfal ħallewna nagħżlu li npoġġu fejn il-Membri Parlamentari.  Il-programm beda b’talba mill-kulleġġ Santa Clara mill-iskola primarja tal-Gzira, fejn kulħadd qam bil-wieqfa għat-talba.

L-iSpeaker beda billi stieden lill-koordinatur Nazzjonali ta’ l-Eko-skola li wera min ser jitkellem mit-tfal għall-iskejjel.  Il-Kulleġġ t’Għawdex, il-primarja tal-Qala qalu li l-mozzjoni ta’ l-Eko-skola hi li tieħu ħsieb l-ambjent u jixtiequ futur aħjar.  Din tkompliet minn sitt skejjel oħra li huma:

  • Kulleġġ San Benedittu Skola Primarja Mqabba
  • Skola ta Sależjani St. Patrick’s Tas-Sliema
  • L-iskola ta St.Michael
  • Il-Kulleġġ San Ignazju, il-Primarja ta’ Ħal Luqa
  • L-iskola ta’ San Anton
  • L-iskola ta’ St. Francis ta’ Bormla

Wara li tkelmu t-tfal ta’ dawn l-iskejjel wieġbet l-Onorevoli Justyne Caruana minn naħa ta’ l-Oppozizzjoni kelliema għall-Familja, Tfal u Persuni b’Diżabilita’.  L-onorevoli Giovanna Debono Ministru ta’ Għawdex għamlet l-intervent tagħha.  Wara għamel indirizz tiegħu l-Onorevoli Owen Bonnici minn naha ta’l-Oppozizzjoni kelliem għaż-żgħażagħ u kultura.  Sar l-intervent ta’ l-Onorevoli George Pullicino Ministru tar-Rizorsi u affarijiet Rurali. 

Imbagħad sar diskors mit-tfal tal-Kulleġġ ta’ St. Edward.  Wara għamel id-diskors tiegħu l-Onorevoli Evarist Bartolo minn naħa ta’ l-oppożizzjoni kelliem għall-Edukazzjoni u l-midja.  Sar id-diskors ta’ l-Onorevoli Dolores Cristina Ministru ta’ l-Edukazzjoni u xogħlijiet.  Kien imiss id-diskors ta’ tfal mill-kulleġġ Santa Tereża mill-iskola primarja ta’ B’kara. 

L-Onorevoli Leo Brincat minn naħa ta’ l-oppożizzjoni għamel id-diskors tiegħu  wara t-tfal; il-kelliem għal Ambjent, Tkabbir Sostenibli u bidliet fil-klima.  L-aħħar skola primarja tal-Kulleġġ St.Thomas More għamlu l-intervent tagħhom ukoll.  Wara dan l-intervent ta’ tfal sar id-diskors ta’ l-Onorevoli Mario de Marco, Ministru ta’ Turiżmu, l-Ambjent u Kultura.  Il-Membri Parlamentari kellhom tliet minuti kull wieħed biex jitkelmu filwaqt li t-tfal kellhom erba’ minuti biex jitkellmu.  Fl-aħħar ta’ dan il-programm sar l-approvazzjoni tal-mozzjoni mill-Onorevoli Speaker Dr.Micheal Frendo.  Fl-aħħar nett ħadulna ritratt ta l-okkażjoni bħala rapreżentanti ta’ l-Eko-skola.

Din l-esperjenza zgur m’hi ser tiġi minsija.  Kellna l-opportunita’ li nitkelmu mal-Membri Parlamentari u anke stajna npoġġu ħdejhom.  Fejn qabel konna naraw l-kamra tal-parlament minn fuq l-aħbarijiet illum stajna nidħlu fil-parlament u nipparteċipaw fid-diskussjoni.  Għalhekk nixtiequ ngħidu GRAZZI lis-surmast Mr.D Grech u l-Assistenta tiegħu Ms.Vassallo għal din l-esperjenza sabiħa li tawna.

Discussion

Comments are closed.

June 2012
M T W T F S S
« May   Sep »
 123
45678910
11121314151617
18192021222324
252627282930  

Archives

Sections

Hits Counter

  • 71,465 hits
%d bloggers like this: