you're reading...
Outings, Pupils

Ħarġa x-Xagħra

Kien il-Ġimgħa 20 t’April 2012. Iż-żewġ klassijiet tas-sitt sena is-6 Garfield u s-6 Popeye morna ħarġa sax-Xagħra ta’ Ħal Għaxaq. Aħna konna mqassmin fi tmien gruppi. Kull grupp kellu jfittex fjuri, insetti u annimali żgħar li ssib fil-kampanja.

L-għalliema tawna karti differenti bl-informazzjoni dwarhom biex inkunu nistgħu nagħrfuhom. Kien hemm ħafna fjuri li ridna nfittxu fosthom : Il-Leblieb tax-Xagħri, Faqqus il-Ħmir, is-Sagħtar u l-Papoċċa l-Ħamra.

Waqt li bdejna nfittxu l-fjuri xi tfal bdew jittnigżu max-xewk. Wara komplejna nimxu biex insibu l-insetti u annimali żgħar li jgħixu fil-ħajt tas-sejjieħ. Xi wħud minnhom huma l-gremxul, bebbux u xaħmet l-art, pero ma sibnihomx kollha.

Fil-ħarġa tagħna bqajna mixjin sa Birżebbuġa u fi triqitna għaddejna minn ħdejn il-kamra tan-nar, imma ma waqafniex hemm. Hekk kif lestejna u mlejna l-informazzjoni kollha li kellna fuq il karta, l-għalliema qalulna biex immorru lura lejn l-iskola.

Kemm ħadna gost u kemm tgħallimna dwar fjuri u annimali li jgħixu fil-kampanja tagħna!

Kitba tal-Year 6 Garfield:
Daria DeGiovanni
Leona Duca
Nicole Higgins
Deon Borg
Shamizen Buhagiar
Isaac Gatt

Nhar il-Ġimgħa 20 ta’April aħna t-tfal tas-sitt sena morna mixja madwar Ħal Għaxaq. Din it-triq tinfed għal Wied Dalam.F’Din il-ħarġa kellna nsibu xi ftit fjuri li jikbru fil-kampanja bħall-pepprin, il-lellux, il-papoċċa l-ħamra u ħafna aktar.Waqt li bdejna nimxu, rajna ħafna insetti bħal ħanfus, brimb, friefet u ħafna aktar.

Wara li wasalna qrib il-wied dorna lura għal minn fejn ġejna.Wara morna fi triq imdawra b’ħafna ħitan tas-sejjieħ. Hawnhekk aħna qgħadna nieħdu r-ritratti.Wara din il-ħarga edukattiva, aħna t-tfal tas-sitt sena morna lura l-iskola ferħanin, għajjenin u aktar għorrief!

Miktuba minn Zachary Carabott, Dylan Zammit u Rachela Galea
(Yr 6 Popeye)

Discussion

Comments are closed.

April 2012
M T W T F S S
« Mar   May »
 1
2345678
9101112131415
16171819202122
23242526272829
30  

Archives

Sections

Hits Counter

  • 71,379 hits
%d bloggers like this: